Persuni trans xi drabi jesperjenzaw stress jew ansjetà meta jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ eżami fiżiku minn speċjalista tal-kura tas-saħħa (Williamson, 2010). Dan ifisser li xi persuni trans se jevitaw li jikkonsultaw tabib u dan imbagħad jista’ jkollu konsegwenzi ħżiena għal saħħithom. Ftit persuni trans jitkellmu bil-miftuħ mal- ispeċjalisti tal-kura tas-saħħa (Motmans, 2009). Skont l-Istħarriġ tal-FRA LGBTI II tal-2019, 22% tal-persuni trans f’Malta ħassew li esperjenzaw diskriminazzjoni f’ambjent tal-kura tas-saħħa fit-12-il xahar qabel l-istħarriġ. Huwa għalhekk li huwa importanti li jinħoloq ambjent tal-kura tas-saħħa sigur li fih il-persuna tħossha komda. Tista’ taqra xi suġġerimenti konkreti biex tagħmel il-prattika tiegħek aktar inklużiva fl-iskeda informattiva.

Barra minn hekk, huwa importanti li tkun konxju tal-istress li spiss ikun assoċjat ma’ eżami mediku għal persuni trans u li sserraħ moħħ il-persuna jekk ikun meħtieġ. Spjega x’se tagħmel u għaliex dan huwa meħtieġ. Persuni trans jista’ jkollhom diffikultajiet b’ċerti partijiet tal-ġisem, bħas-sider jew il-ġenitali. Tista’ ssemmi partijiet tal-ġisem f’termini newtrali għall-ġeneru (pereżempju uża ‘ġenitali’ jew ‘sider’), jew tista’ tistaqsi x’inhu t-terminu mixtieq li l-pazjenti nfushom jużaw għal din il-parti tal-ġisem.

Xi persuni trans m’għandhomx l-anatomija li għandhom ħafna nies cisgender. Dan jista’ jiddependi fuq liema trattamenti li jaffermaw il-ġeneru il-persuna trans tkun għaddiet jew tkun għaddejja minnhom. Barra minn hekk, mhux il-persuni trans kollha jsibu l-għażliet offruti fi ħdan it-trattament ta’ affermazzjoni tal-ġeneru meħtieġa; ċerti trattamenti mhumiex possibbli jew mixtieqa għall-individwi kollha u dan jeħtieġ li jiġi rispettat. Per eżempju, jista’ jkun ukoll li raġel trans għad għandu sider, jew li l-ġenitali ma ġewx modifikati. Xi aspetti tat-trattament li jafferma l-ġeneru għandhom ukoll influwenza fuq ċerti partijiet tal-ġisem: it-terapija bl-ormoni, pereżempju, tiżgura li t-tkabbir tas-sider iseħħ f’nisa trans. Għalhekk huwa aħjar li ma tassumix anatomija ‘standard’ maskili jew femminili.

A transgender woman in a hospital gown speaking to her doctor in an exam room
Photo: The Gender Spectrum Collection

Referenzi:

  • Fundamental Rights Agency (2019). A long way to go for LGBTI equality: Technical report
  • Motmans, J. (2009). Living as a transgender person in Belgium. Mapping the social and legal situation of transgender people . Brussels: Institute for the equality of women and men.
  • Williamson. (2010). Providing Care to Transgender Persons: A Clinical Approach to Primary Care, Hormones and HIV Management. Journal of the Association of Nurses in AIDS Care , 21, 3: 221-229.​