Servizzi

Aħbarijiet

Referenza Elettronika tal-Klinika tal-Benessri tal-Ġeneru

Is-servizzi pprovduti mill-Gender Wellbeing Clinic fuq is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa sal-lum jinkludu: Appoġġ minn Clinic Nurse; Sessjonijiet ta' informazzjoni u check-in; Appoġġ Psiko-soċjali Individwali; Appoġġ għall-Familja; Preskrizzjoni tal-Ormoni u Segwitu minn Endokrinologu; Terapija tal-Vuċi; Kura psikjatrika; Appoġġ Ġinekoloġiku; Orkiektomija; Isterektomija; Kirurġija tas-Sider, u Preservazzjoni tal-Gameti. Il-klijenti kollha jidhru b'appuntament u kull servizz jista' jiġi aċċessat biss permezz ta' riferiment għall-klinika minn professjonist fil-kura tas-saħħa jew psikosoċjali.