Hemm ħafna għażliet kirurġiċi disponibbli. Huwa importanti li wieħed jiftakar li kull individwu se jkollu bżonnijiet, xewqat u kapaċità differenti li jgħaddi minn dawn il-proċeduri. Għandu jiġi żviluppat pjan ta’ kura individwalizzat għal kull persuna trans; dan il-pjan ta’ kura jista’ jinbidel maż-żmien. Il-proċeduri jistgħu jseħħu f’ħafna ordnijiet u konfigurazzjonijiet differenti.

F’Malta, m’hemm l-ebda rabta bejn l-aċċess għal proċeduri legali ta’ rikonoxximent tal-ġeneru u storja ta’ interventi kirurġiċi; huwa illegali li teħtieġ kirurġiji jew prova ta’ trattament fil-proċess ta’ rikonoxximent legali tal-ġeneru.

Tkabbir tas-sider

Fil-maġġoranza tan-nisa trans u persuni mhux binarji assenjati rġiel mat-twelid, anke wara snin ta’ terapija ormonali, ftit wisq tessut tas-sider jista’ jkun preżenti biex jindirizza sentimenti ta’ skumdità. Huwa għalhekk li l-awmentazzjoni tas-sider hija ħafna drabi mixtieqa. Jekk mixtieq, dan jista’ jsir flimkien ma’ vaginoplasty. Sa ftit ilu, persuna trans kellha tinterrompi t-terapija ormonali għal proċedura kirurġika minħabba l-biża’ tar-riskju ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE), li huwa l-formazzjoni ta’ embolu(i) tad-demm. It-terapija ormonali setgħet tkompli wara l-proċedura u b’mod aktar speċifiku, hekk kif il-pazjent reġa’ qam fuq saqajh.

Studji xjentifiċi ġodda u affidabbli għamluha ċara li r-riskju ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE) f’individwi transġeneru mhuwiex ogħla minn dak mistenni fil-popolazzjoni ġenerali, anke meta l-individwi transġeneru baqgħu fuq trattament bl-ormoni tas-sess mingħajr waqfien. Fid-dawl ta’ dan l-għarfien xjentifiku ġdid, il-prattika ġiet adattata reċentement. F’termini konkreti, persuna trans taħt terapija ormonali m’għandhiex għalfejn tieqaf tieħu l-ormoni qabel ma tagħmel operazzjoni. Wara l-kirurġija, it-trattament kontra l-androġenu f’nisa trans tiitwaqqaf, minħabba li s-soppressjoni tat-testosterone m’għadhiex meħtieġa.

L- awmentazzjoni tas-sider għal nisa trans u persuni mhux binarji assenjati rġiel mat-twelid huwa fil-biċċa l-kbira l-istess bħal dak għan-nisa cisgender. Il-prostesi tas-sider normalment jitqiegħdu wara l-muskolu tas-sider, minħabba l-pożizzjonament aħjar tal-prostesi u l-probabbiltà ogħla ta’ sider li tinħass naturali. Il-prostesi huma mimlija b’ġel tas-silikonju jew serum fiżjoloġiku. Il-ġel tas-silikonju għandu l-vantaġġ li jista’ jinħass daqsxejn aktar lixx, iżda l-iżvantaġġ huwa li jista’ jiċċaqlaq waqt il-qsim. Prostesi mimlija b’serum fiżjoloġiku għandhom il-vantaġġ li huma aktar siguri, iżda l-iżvantaġġ huwa li jistgħu jħossuhom kemmxejn inqas naturali. Għan-nisa trans u persuni mhux binarji assenjati rġiel mat-twelid, normalment jintgħażlu prostesi b’bażi kemmxejn usa’. Dawn jiddaħħlu kemm jista’ jkun qrib xulxin fin-nofs, li huwa kemmxejn limitat mit-tqegħid minħabba il-pożizzjoni aktar ‘il barra jew laterali tal-beżżula u s-sider kemmxejn usa’. Bħala riżultat ta’ dan, is-sider awmentat jista’ jkun ftit aktar ‘il bogħod minn xulxin milli għal nisa cisgender. Il-volum tal-mili fil-prostesi jista’ jiġi aġġustat għat-tessut tal-glandola mammarja eżistenti u skond ix-xewqat tal-persuna.

Kirurġija ġenitali

Hemm numru ta’ kirurġiji differenti ta’ vaginoplasty, li bħalissa jistgħu jiġu aċċessati biss barra minn Malta. It-tipi ewlenin ta’ vaginoplasty huma intestinali, peritoneali, McIndoe, mukoża tal-ħalq u l-inverżjoni tal-pene (ara). Kura dettaljata qabel u wara l-operazzjoni għandha tiġi diskussa mal-kirurgu u endokrinologu. Persuni trans jistgħu wkoll jeħtieġu jew jixtiequ pariri qabel u/jew wara kirurġiji ġenitali. Tista’ ssib lista komprensiva hawn.

Huwa wkoll possibbli li tagħżel li l-ewwel (jew biss) li tneħħi t-tessut testikolari (orkidektomija). Vaginoplasty tista’ titwettaq aktar tard – jekk dan ikun mixtieq.

Filwaqt li l-orkidektomija huwa pprovdut fuq il-NHS permezz tal-Gender Wellbeing Clinic, interventi kirurġiċi oħrajn bħal vaginoplasty għadhom mhumiex koperti u l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż sabiex jaċċessaw dawn is-servizzi jista’ jkun meħtieġ.

Referenzi:

  • Gaither, T. W., Awad, M. A., Osterberg, E. C., Murphy, G. P., Romero, A., Bowers, M. L., & Breyer, B. N. (2018). Postoperative Complications following Primary Penile Inversion Vaginoplasty among 330 Male-to-Female Transgender Patients. The Journal of urology, 199(3), 760-765. doi:10.1016/j.juro.2017.10.013
  • Prince, J. C. J., & Safer, J. D. (2020). Endocrine treatment of transgender individuals: current guidelines and strategies. Expert Review of Endocrinology & Metabolism, 1-9. doi:10.1080/17446651.2020.1825075