Il-wiċċ jikkomunika informazzjoni soċjali importanti. Fl-ewwel kuntatt ma’ nies oħra, huwa permezz tal-wiċċ li nikkategorizzaw b’mod subkonxju lil xi ħadd bħala raġel jew bħala mara, ibbażat fuq qafas ta’ referenza mibnija soċjalment. Għal ħafna persuni trans, xejn mhu aktar importanti milli jipproġettaw lid-dinja ta’ barra dak li jħossu u jidentifikaw minn ġewwa.

FGCS, jew ‘kirurġija ta’ konferma tal-ġeneru tal-wiċċ’, huwa terminu li jinkludi ġabra sħiħa ta’ proċeduri li fihom il-wiċċ ta’ persuna jiġi aġġustat biex jaqbel mal-ġeneru ta’ dik il-persuna. Wara kollox, bħala medja u meta wieħed iqis il-varjetà ta’ varjazzjonijiet razzjali u etniċi, hemm numru ta’ differenzi anatomiċi bejn l-istruttura tal-għadam tal-wiċċ ta’ dawk assenjati rġiel jew nisa mat-twelid.

Fil-biċċa l-kbira tal-proċeduri estetiċi, il-pazjenti jridu jtejbu d-dehra tagħhom, iżda prinċipalment iridu jibqgħu u jħossu bħalhom infushom. B’interventi għall-femminizzazzjoni jew il-maskilizzazzjoni tal-wiċċ, il-pazjent jgħaddi minn xi bidliet drastiċi. F’dan il-kuntest jeżistu diversi proċeduri kirurġiċi li jistgħu jbiddlu dawn il-karatteristiċi. FGCS jiffoka kemm fuq l-iskeletru tal-wiċċ kif ukoll fuq it-tessut artab (ġilda, muskoli, tessuti konnettivi) u jinkludi firxa sħiħa ta’ tekniki differenti li joriġinaw minn kirurġija orali u kirurġija ta’ rikostruttuzzjoni, kif wkoll minn plastic surgery u kirurġija estetika. Niddiskutu l-għażliet hawn taħt għat-tekniki ta’ femminizzazzjoni tal-wiċċ.

A transgender woman looking in a bathroom mirror
Photo: The Gender Spectrum Collection

Il-Ġbin

Il-femminizzazzjoni tal-wiċċ toffri l-possibbiltà li tneħħi l-bossing frontali tal-ġbin, tkabbar is-sokits tal-għajnejn u tpoġġi l-ħuġbejn ogħla, kif ukoll tagħti lill-ħuġbejn forma aktar tipikament femminili. Fl-aħħarnett, il- ġbin jista’ ssir iżgħar billi tiżżerżaq il-linja tax-xagħar ‘il quddiem.

Il-Geddum

Il-geddum fuq dawk assenjati nisa mat-twelid huwa tipikament aktar ippuntat, idjaq u aktar baxx. Bil-femminizzazzjoni tal-wiċċ, il-geddum jista’ jiġi aġġustat b’ aċċess intra-orali permezz ta’ osteotomies korrettivi. Il-frammenti tal-għadam maqlugħa jitmexxew biex jaġġustaw din il-forma u jerġgħu jitwaħħlu bi pjanċi tat-titanju.

L-angoli tax-xedaq

L-angolu tax-xedaq ta’ raġel cis huwa tipikament aktar prominenti minħabba muskolu biex tomgħod li jinstab hemmhekk u li huwa eħxen, iżda speċjalment minħabba struttura tal-għadam aktar evidenti tax-xedaq t’isfel li hija aktar estensiva kemm lura, ‘l isfel u ‘l barra. L-angolu tax-xedaq jista’ jitnaqqas permezz ta’ osteotomies korrettivi fejn jitneħħa l-għadam żejjed.

Kirurġija ortognatika

Billi tgħaqqad l-ispostament tal-istrutturi tal-għadam tax-xedaq ta’ fuq u t’isfel, il-volumi jistgħu jinbidlu fin-nofs u fit-terzi t’isfel tal-wiċċ. Dawn il-bidliet jistgħu jagħtu aktar volum lill-parti tal-wiċċ tan-nofs u jagħmlu l-wiċċ aktar tond. B’din l-operazzjoni l-geddum isir inqas prominenti wkoll, l-angoli tax-xedaq isiru inqas evidenti u s-snien ta’ fuq ta’ quddiem jistgħu jsiru aktar viżibbli.

L-imnieħer

L-imnieħer huwa ġeneralment akbar fl-irġiel cis milli fin-nisa cis. L-imnieħer huwa angolat rett u l-ġnub tal-ġbin u tax-xoffa ta’ fuq huma aktar prominenti. Meta l- ġbin jiġi aġġustat, l-angolu bejn l-imnieħer u l- ġbin diġà jsir aktar ottuż u l-angolu bejn l-imnieħer u x-xoffa ta’ fuq jista’ wkoll isir aktar ottuż permezz ta’ kirurġija ortognatika. Jekk l-effett fuq l-imnieħer ta’ dawn il-proċeduri jirriżulta li huwa ftit wisq, korrezzjoni ta’ l-imnieħer tista’ titwettaq fit-tieni proċedura, li tagħmel l-imnieħer iżgħar u inqas prominenti u l-ponta mgħollija ftit aktar.

Il-Ħaddejn

Ħafna drabi, in-nisa cis ikollhom ħaddejn kemmxejn aktar prominenti mill-irġiel cis, iżda l-aġġustament tal-ħaddejn waħdu ma jkollux effett feminizzanti kbir ħafna. Ħaddejn prominenti huma ġeneralment meqjusa attraenti u bidliet huma prinċipalment imwettqa għal din ir-raġuni.

Il-proċeduri ta’ hawn fuq jistgħu jitwettqu mingħajr l-ebda marka viżibbli fit-tul.

Tnaqqis tal-Adam’s Apple

Jekk il-persuna trans assenjata raġel mat-twelid għandha Adam’s Apple pronunzjat, tista’ titnaqqas permezz ta’ kirurġija. Il-korrezzjoni tal-Adam’s Apple hija operazzjoni sempliċi li fiha l-Adam’s Apple li tipponta ‘l quddiem u li hija prominenti tiġi kkoreġut permezz ta’ bidla żgħira fl-inklinazzjoni. Dan jarmonizza l-proporzjonijiet fl-għonq u joħloq kontorn aħjar tal-għonq. Il-marka fuq il-ġilda li tħalli din il-proċedura hija żgħira u kważi inviżibbli, minħabba li l-ġilda tal-għonq ġeneralment tfieq tajjeb. Il-proċedura tista’ titwettaq flimkien mal-proċedura ta’ feminizzazzjoni tal-vuċi u/jew flimkien mal-GFCS. Tajjeb li tinnota – jekk operazzjoni ta’ feminizzazzjoni tal-vuċi tkun mixtieqa, huwa rakkomandat li t-tnaqqis tal-Adam’s Apple ma jsirx qabel il-proċedura tal-feminizzazzjoni tal-vuċi.

Normalment titwettaq taħlita ta’ proċeduri waqt il-kirurġija tal-femminizzazzjoni tal-wiċċ, skont dak li jkun meħtieġ biex il-wiċċ tal-pazjent jingħata dehra aktar femminili. Il-proċedura kollha normalment tieħu bejn 4 u 8 sigħat, skont dak li jrid isir fl-operazzjoni. Huwa rakkomandat li toqgħod l-isptar għal lejl jew 2 iljieli wara operazzjoni ta’ femminizzazzjoni tal-wiċċ.

Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll, li s’issa dawn il-kirurġiji mhumiex ipprovduti permezz tal-NHS. Kull min ifittex pariri qabel jew wara l-intervent jista’ jaċċessa dan fil-Gender Wellbeing Clinic. Persuni trans li qed ifittxu dawn il-proċeduri huma mħeġġa jmorru fi kliniċi professjonali speċjalizzati.