F’dawn l-aħħar deċenji kien hemm bidla fil-mod kif ir-relazzjoni bejn identità trans u disturbi psikjatriċi hija pperċepita: minn identità trans bħala parti minn disturb psikjatriku (bħall- skizofrenija), għal identità trans bħala fenomenu separat skonnettjat minn disturbi psikjatriċi f’ fehim modern (ICD 11).
Rigward il-prevalenza ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali f’adulti b’identità trans jew li qed jiddubitaw il-ġeneru tagħhom, studju reċenti juri li l-problemi affettivi (ansjetà u dipressjoni) huma aktar komuni meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali (Dhejne et al., 2016). L-okkorrenza ta’ disturbi psikoloġiċi, disturbi bipolari u disturbi fl-ikel hija komparabbli mal-popolazzjoni ġenerali.
Studju ta’ segwitu matul il-proċess ta’ affermazzjoni tal-ġeneru sab prevalenza ogħla ta’ ansjetà u dipressjoni qabel dan il-proċess, iżda nstab tnaqqis sinifikanti fl-ansjetà, id-depressjoni, is-sensittività interpersonali u l-ostilità wara li bdiet il-kura tal-affermazzjoni tal-ġeneru. Barra minn hekk, il-prevalenza tal-parametri psikopatoloġiċi kienu jixbħu lil dawk tal-popolazzjoni ġenerali wara li nbdiet it-terapija bl-ormoni (Heylens et al., 2014).
Ideat ta’ suwiċidju u dawk ta’ self-harm f’persuni trans jidher li huma għoljin b’mod allarmanti, b’ frekwenza ta’ ideat suwiċidali minn 37% għal 83% (McNeil et al. 2017), b’kuntrast ma’ 9.2% għall-popolazzjoni ġenerali (Nock et al. 2008). L-istess tendenza tinstab għal attentati ta’ suwiċidju, b’ frekwenza minn 9.8% sa 44% (Miller et al., 2015), li huma ħafna ogħla minn 2.7% għall-popolazzjoni ġenerali (Nock et al., 2008). Sfortunatament, huwa ukoll il-każ li n-numri ta’ mewt b’suwiċidju huma ogħla fost persuni transġeneru meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali (Wiepjes et al, 2020). Dan ir-riskju ta’ suwiċidju f’persuni trans jidher li jseħħ matul kull stadju tat-tranżizzjoni, iżda jidher li jonqos maż-żmien speċjalment fin-nisa trans (Wiepjes et al. 2020). Huwa importanti li jkun hemm attenzjoni speċifika għar-riskju ta’ suwiċidju fil-parir li jingħata lil din il-popolazzjoni u fl-għoti ta’ informazzjoni dwar programmi ta’ prevenzjoni ta’ suwiċidju.
Diversi studji wrew kif is-saħħa mentali ta’ persuni trans hija marbuta b’mod ċar ma’ esperjenzi ta’ vjolenza u diskriminazzjoni u nuqqas ġenerali ta’ aċċettazzjoni u appoġġ soċjali. Esperjenzi ta’ vittimizzazzjoni, stress li jiffaċċjaw membri ta’ gruppi ta’ minoranza, problemi bl-aċċettazzjoni tagħhom infushom, ansjetà qabel l-iżvelar lill-oħrajn kif ukoll l-inabbiltà perċepita jew il-ġlieda interna biex jiżvelaw li huma transġeneru, tħassib dwar evalwazzjonijiet negattivi fir-rigward ta’ x’inhu posthom fil-klassifikazzjonijiet binarji tal-ġeneru u nuqqas ta’ appoġġ u aċċettazzjoni tal-ġenituri, huma kollha fatturi murija li huma direttament marbuta ma’ ideat ta’ suwiċidju u self-harm (McNeil, Ellis, & Eccles, 2017; Miller, Esposito-Smythers, & Leichtweis, 2015).
Studji li jiffukaw fuq iż-żgħażagħ juru xejriet simili b’interazzjonijiet stigmatizzanti bħal diskriminazzjoni, kummenti negattivi fl-interazzjonijiet soċjali u bullying li jirriżultaw f’probabbiltajiet ogħla ta’ psikopatoloġija. Studju ieħor wera kif in-nuqqas ta’ relazzjonijiet importanti ma’ persuni oħra, speċjalment ma’ dawk ta’ l-istess età u grupp soċjali kien l-aktar kawża komuni għal problemi ta’ imġiba u dawk emozzjonali. Min-naħa l-oħra, konnessjonijiet tal-familja, konnessjoni fl-iskola, ħbiberiji sinifikanti, kura u appoġġ irriżultaw f’riskju ħames darbiet inqas ta’ problemi psikoloġiċi (Veale et al., 2017; Watson et al., 2019; de Vries et al., 2014). Fehim aħjar ta’ dawn il-fatturi li jikkawżaw stress u l-fatturi ta’ reżiljenza f’dan il-grupp ta’ minoranza jistgħu jtejbu l- kapaċità tal-professjonisti tas-saħħa biex jiżviluppaw b’mod kollaborattiv għanijiet biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ trattament ta’ persuni transġeneru u dawk mhux binarji.
Madankollu huwa rakkomandabbli li wieħed iqis id-dijanjostika differenzjali li f’każijiet rari l-identifikazzjoni bħala raġel, mara jew mhux binarju tista’ tkun parti minn disturb psikjatriku. Id-distinzjoni minn identità trans tista’ tkun ibbażata fuq il-preżenza ta’ sintomi psikjatriċi oħra bħal delużjonijiet u alluċinazzjonijiet, diskors diżorganizzat u affarijiet simili. Huwa rari wkoll li identità trans tista’ tiġi deskritta fil-kuntest ta’ disturb morfo disforiku; hemm, pereżempju it-twemmin persistenti li l-ġenitali huma maħmuġin u għandhom jitneħħew. F’dawn il-każijiet, normalment ma jkun hemm l-ebda rappurtar ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon ġenerali bil-ġeneru assenjat u identifikazzjoni mar-rwol assoċjat mal-ġeneru.
L-eżistenza ta’ problemi psikjatriċi m’għandhiex tintuża bħala kriterju ta’ esklużjoni għall-aċċess għall-kura ta’ affermazzjoni tal-ġeneru. Ħafna drabi, dawn il-kwistjonijiet huma pperċepiti bħala xi ħaġa ‘ li jridu jfiequ minnha ‘ qabel ma jingħataw aċċess għal trattamenti jew kirurġiji ta’ affermazzjoni tal-ġeneru. Il-kura u l-psikoterapija li jaffermaw il-ġeneru jistgħu fil-biċċa l-kbira jappoġġaw is-saħħa mentali tal-persuna trans u li ma jirċevux kura li tafferma l-ġeneru tista’ tabilħaqq tikkontribwixxi b’mod negattiv għas-saħħa mentali tagħhom. Għal kwistjonijiet speċifiċi ta’ saħħa mentali, jista’ jiġi rrakkomandat appoġġ psikoloġiku addizzjonali. It-terapija tas-sieħeb u tal-familja tista’ wkoll tiġi indikata, meta jkun mixtieq.
F’rivista reċenti, Murad et al. (2020) sabu titjib fid-disforija tal-ġeneru, il-funzjonament psikoloġiku u l-komorbiditajiet, rati aktar baxxi ta’ suwiċidju, sodisfazzjon sesswali ogħla u b’mod ġenerali, titjib fil-kwalità tal-ħajja. Barra minn hekk, f’din il-fażi ta’ ‘wara t-tranżizzjoni’ l-appoġġ psikosoċjali jista’ jkun utli għal numru ta’ persuni trans, pereżempju minħabba relazzjonijiet mħassra, xogħol jew kuntatti soċjali, jew minħabba sfidi diffiċli fil-ħajja u nuqqas ta’ appoġġ soċjali jew aċċettazzjoni.
Għalkemm studjat b’mod limitat, intwera biċ-ċar li t-trattament mhux invażiv (psikoterapewtiku, mediċinali) għad-disforija tal-ġeneru tal-identitajiet trans għandu ftit jew xejn influwenza fuq l-inkongruwità bejn is-sess assenjat u l-identità tal-ġeneru. Fi kliem ieħor, prattiki ta’ konverżjoni biex tinbidel l-identità tal-ġeneru ta’ persuni trans, li hija illegali f’Malta, hija ineffettiva u mhux etika.
Referenzi:
- de Vries, A. L., McGuire, J. K., Steensma, T. D., Wagenaar, E. C., Doreleijers, T. A., & Cohen-Kettenis, P. T. (2014). Young adult psychological outcome after puberty suppression and gender reassignment. Pediatrics, 134(4), 696-704. https://doi.org/10.1542/peds.2013-2958
- Dhejne C, Van Vlerken R, Heylens G, Arcelus J. Mental health and gender dysphoria: a review of the literature. Int Rev Psychiatry . 2016; 28: pp. 44-57.
- Heylens G, Elaut E, Kreukels BPC et al. Psychiatric characteristics in transsexual individuals: multicentre study in four European countries. Br J Psychiatry . 2014; 204: pp. 151–156
- Heylens, G., Verroken, C., De Cock, S., T’Sjoen, G., & De Cuypere, G. (2014). Effects of different steps in gender reassignment therapy on psychopathology: a prospective study of persons with a gender identity disorder. The Journal of Sexual Medicine, 11(1), 119-126. doi:10.1111/jsm.12363
- McNeil, J., Ellis, S. J., & Eccles, F. J. R. (2017). Suicide in trans populations: A systematic review of prevalence and correlates. Psychology of Sexual Orientation and Gender Diversity, 4(3), 341-353. doi:10.1037/sgd0000235
- Miller, A. B., Esposito-Smythers, C., & Leichtweis, R. N. (2015). Role of Social Support in Adolescent Suicidal Ideation and Suicide Attempts. Journal of Adolescent Health, 56(3), 286-292. doi:https://doi.org/10.1016/j.jadohealth.2014.10.265
- Motmans J, de Biolley I, Debunne S. Transgender life in Belgium: Mapping the social and legal situation of transgender people 2009. Brussels, Institute for the equality of women and men.
- Murad MH, Elamin MB., Garcia MZ et al. Hormonal therapy and sex reassignment: a systematic review and meta-analysis of quality of life and psychosocial outcomes. Clinical Endocrinology , 2020; 72: pp. 214-231.
- Nock, M. K., Borges, G., Bromet, E. J., Cha, C. B., Kessler, R. C., & Lee, S. (2008). Suicide and suicidal behavior. Epidemiologic Reviews, 30(1), 133-154. doi:10.1093/epirev/mxn002
- Veale, J. F., Peter, T., Travers, R., & Saewyc, E. M. (2017). Enacted Stigma, Mental Health, and Protective Factors Among Transgender Youth in Canada. Transgend Health, 2(1), 207-216. doi:10.1089/trgh.2017.0031
- Watson, R. J., Veale, J. F., Gordon, A. R., Clark, B. A., & Saewyc, E. M. (2019). Risk and protective factors for transgender youths’ substance use. Preventive medicine reports, 15, 100905. doi:10.1016/j.pmedr.2019.100905
- Wiepjes, C. M., den Heijer, M., Bremmer, M. A., Nota, N. M., de Blok, C. J. M., Coumou, B. J. G., & Steensma, T. D. (2020). Trends in suicide death risk in transgender people: results from the Amsterdam Cohort of Gender Dysphoria study (1972–2017). Acta Psychiatrica Scandinavica, 141(6), 486-491. doi:https://doi.org/10.1111/acps.13164
- World Health Organisation. (2018). International Classification of Diseases 11th Revision. Genf: World Health Organisation. https://icd.who.int/