L-ormoni tas-sess għandhom rwol importanti fir-regolazzjoni tal-formazzjoni tal-għadam u biex iżżomm il-massa tal-għadam l-istess, kemm permezz ta’ effetti diretti fuq l-għadam kif ukoll effetti indiretti, bħal bidliet fil-kompożizzjoni tal-ġisem. Barra minn hekk, ħafna fatturi oħra jistgħu jkollhom effett, bħall-predispożizzjoni ġenetika, il-BMI, it-tipjip, l-alkoħol, il-medikazzjoni, id-disturbi endokrinoloġiċi, eċċ.

Riskju ta’ osteoporożi f’persuni trans li qed jieħdu l-estroġenu

Studju reċenti wera li n-nisa trans diġà kellhom densità tal-għadam aktar baxxa u frekwenza ogħla ta’ osteoporożi qabel il-bidu tat-trattament ormonali, possibilment minħabba attività fiżika mnaqqsa, inqas saħħa tal-muskoli u livelli aktar baxxi ta’ vitamina D (Van Caenegem et al., 2013). Studji prospettivi riċenti li twettqu għal żmien qasir juru li waqt it-trattament ormonali, id-densità tal-għadam ġeneralment tibqa’ l-istess u f’xi każijiet ikun hemm żieda fid-densità tal-għadam f’nisa trans (Van Caenegem et al., 2015).

Fatturi ta’ riskju magħrufa għall-osteoporożi f’persuni trans li jieħdu l-estroġenu huma l-użu ta’ terapija kontra l-androġeni jew analogi tal-GNRH mingħajr assoċjazzjoni ta’ doża adegwata ta’ estroġeni, jew gonadektomija bl-użu ta’ dożi inadegwati ta’ estroġeni.

Ġiet irrappurtata żieda fid-densità minerali tal-għadam tas-sinsla lumbari bi trattament ormonali f’persuni trans AMAB (dawk assenjati raġel mat-twelid), b’rata baxxa ta’ ksur (Singh et al., 2017; Wiepjes, et al., 2017).

Riskju ta’ osteoporożi f’persuni trans li jieħdu testosterone

Ħafna mill-istudji f’persuni trans li jieħdu testosterone ma juru l-ebda bidla jew żieda fid-densità minerali tal-għadam matul it-trattament ormonali (Van Caenegem et al., 2015b, Meriggiola et al., 2008; Mueller et al., 2010

F’persuni trans AFAB (dawk assenjati nisa mat-twelid), li jkollom il-pubertà tard, il- mestrwazzjoni tista’ tiġi evitata bl-użu ta’ aġent proġestazzjonali, iżda t-trattament GnRHa jista’ jikkawża effetti negattivi fuq il-mineralizzazzjoni tal-għadam, fost oħrajn (T’Sjoen et al., 2019).

Għalkemm mhux mistenni tnaqqis fid- densità ta’ l- għadam f’ persuni trans AFAB li qed jieħdu t- testosterone (Singh-Ospina et al., 2017), hemm tagħrif limitat ħafna dwar ir-riskju ta’ ksur minħabba l-osteoporożi (T’Sjoen et al., 2019). L-iscreening għall-osteoporożi għandu jsir speċjalment f’dawk li jwaqqfu t-trattament b’testosterone wara gonadektomija, jew f’dawk b’konformità limitata mat-terapija jew b’riskji oħra għat-telf tad-densità tal-għadam (Hembree at al., 2017).

Linji gwida għall-Iscreening

Ħafna esperti jemmnu li l-monitoraġġ tal-għadam u l-prevenzjoni tal-osteoporożi f’persuni trans huma importanti (Van Caenegem & T’Sjoen, 2015; Hembree et al., 2009). Il-linji gwida tas-Soċjetà Ewropea tal-Endokrinoloġija (ESE) (Hembree et al., 2009) jirrakkomandaw valutazzjoni attiva tal-fatturi ta’ riskju għall-osteoporożi inkluż l-użu (qabel l-istudju) ta’ terapija ormonali (fejn ir-riskju ewlieni jkun l-użu ta’ anti-androġeni jew analogi tal-GNRH). Il-konformità mat-trattament ormonali hija wkoll importanti ħafna, speċjalment wara gonadektomija. Id-densitometrija tal-għadam tista’ ssir abbażi ta’ dan il-profil ta’ riskju u t-terapija maħsuba. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-parametri jvarjaw mit-testijiet tad-densità tal-għadam għan-nisa u l-irġiel cis. Għandhom jitqiesu l-ġeneru assenjat mat-twelid kif ukoll liema trattamenti mediċi relatati mat-tranżizzjoni jkunu saru.

Referenzi:

  • ​Hembree WC, Cohen-Kettenis P, Delemarre-van de Waal HA, Gooren LJ, Meyer WJ, 3rd, Spack NP, Tangpricha V, Montori VM 2009 Endocrine treatment of transsexual persons: an Endocrine Society clinical practice guideline. J Clin Endocrinol Metab 94: 3132-31
  • Meriggiola MC, Armillotta F, Costantino A, Altieri P, Saad F, Kalhorn T, Perrone AM, Ghi T, Pelusi C, Pelusi 2008 Effects of testosterone undecanoate administered alone or in combination with letrozole or dutasteride in female to male transsexuals. J Sex Med 5: 2442–2453
  • Mueller A, Dittrich R, Binder H, Kuehnel W, Maltaris T, Hoffmann I, Beckmann MW 2005 High dose estrogen treatment increases bone mineral density in male-to-female transsexuals receiving gonadotropin-releasing hormone agonist in the absence of testosterone. Eur J Endocrinol 153: 107–13
  • Mueller A, Haeberle L, Zollver H, Claassen T, Kronawitter D, Oppelt PG, Cupisti S, Beckmann MW, Dittrich R 2010 Effects of intramuscular testosterone undecanoate on body composition and bone mineral density in female-to-male transsexuals. J Sex Med 7: 3190–3198
  • Mueller A, Zollver H, Kronawitter D, Oppelt PG, Claassen T, Hoffmann I, Beckmann MW, Dittrich R 2011 Body composition and bone mineral density in male-to-female transsexuals during cross-sex hormone therapy using gonadotrophin-releasing hormone agonist. Exp Clin Endocrinol Diabetes 119: 95–100
  • Singh-Ospina N, Maraka S, Rodriguez-Gutierrez R, et al. Effect of Sex Steroids on the Bone Health of Transgender Individuals: A Systematic Review and Meta-Analysis. J Clin Endocrinol Metab. 2017;102: 3904-13.
  • T’Sjoen G., A. J., de Vries A.L.C., Fisscher, A.D., Nieder T.O., Özer M., Motmans J. (2019). ESSM Position Statement: Assessment and hormonal management in adolescent and adult trans people, with attention for sexual function and satisfaction. Journal of Sexual Medicine.
  • Van Caenegem E, Taes Y, Wierckx K, Vandewalle S, Toye K, Kaufman JM, Schreiner T, Haraldsen I, T’Sjoen G 2013 Low bone mass is prevalent in male-to-female transsexual persons before the start of cross-sex hormonal therapy and gonadectomy. Bone 5: 492-497
  • Van Caenegem E, Wierckx K, Taes Y, Schreiner T, Vandewalle S, Toye K, Kaufman JM, T’Sjoen G 2015 Preservation of volumetric bone density and geometry in trans women during cross-sex hormonal therapy: a prospective observational study. Osteoporos Int. 2; 26 (1): 35-47
  • Van Caenegem E, Wierckx K, Taes Y, Schreiner T, Vandewalle S, Toye K, Lapauw B, Kaufman JM, T’Sjoen G 2015 Body composition, bone turnover, and bone mass in trans men during testosterone treatment: 1-year follow -up data from a prospective case-controlled study (ENIGI). Eur J Endocrinol 172 (2): 163-71
  • Van Caenegem E, TʼSjoen G 2015 Bone in trans persons. Curr Opin Endocrinol Diabetes Obes: 22 (6): 459-66
  • Wiepjes, C. M., Vlot, M. C., Klaver, M., Nota, N. M., de Blok, C. J., de Jongh, R. T., . . . den Heijer, M. (2017). Bone Mineral Density Increases in Trans Persons After 1 Year of Hormonal Treatment: A Multicenter Prospective Observational Study. Journal of Bone and Mineral Research, 32(6), 1252-1260. doi:10.1002/jbmr.3102