Persuni trans xi drabi jesperjenzaw biża’ minn eżaminazzjoni mediku, li jista’ jwassal biex tiġi evitata żjara lil professjonisti fil-kura tas-saħħa.

Ambjent tal-kura tas-saħħa li fih il-persuna tkun infurmata, mitluba permess, rispettata u assigurata meta jkun hemm bżonn ta’ eżami fiżiku huwa essenzjali. Hija meħtieġa spjegazzjoni xierqa fuq liema tipi ta’ eżaminazzjoniet fiżiċi hemm bżonn li tagħmel u għaliex.

Uża termini newtrali għall-ġeneru għal ċerti partijiet tal-ġisem jew staqsi liema terminu l-persuna trans tixtieq tuża għall-parti tal-ġisem u agħmel nota tat-terminoloġija xierqa fl-istorja tal-persuna sabiex il-konversazzjoni ma jkollhiex għalfejn tiġi ripetuta f’kull żjara.

Tassumix dettalji speċifiċi tal-anatomija jew ir-relazzjoni ta’ persuna ma’ ġisimha: kull persuna trans tħossha differenti dwar il-ġisem tagħha, għandha bżonnijiet uniċi u setgħet għaddiet minn interventi mediċi diversi.

Persuni trans jista’ jkollhom relazzjoni kkumplikata ma’ ġisimhom li ħafna drabi jagħmlu s-sesswalità u s-saħħa sesswali suġġetti diffiċli biex jitkellmu dwarhom. B’riżultat ta’ dan, in-nies trans ta’ spiss ma jitkellmux faċilment dwar is-sesswalità jew is-saħħa sesswali tagħhom mal-persunal li jipprovdu l-kura. Oħrajn jistgħu jesperjenzawha b’mod pożittiv jew ikollhom sentimenti mħallta.

It-terapija bl-ormoni u l- kirurġiji ta’ affermazzjoni tal-ġeneru jista’ jkollhom effetti differenti fuq l-esperjenzi psikosoċjali u sesswali ta’ persuni trans.

Għalkemm it-terapija bl-ormoni tista’ twassal għall-infertilità fit-tul, persuni trans li ma jkunux għaddew minn kirurġiji ta’ sterilizzazzjoni xorta jistgħu joħorġu tqal (persuni trans assenjati nisa fit-twelid, inklużi rġiel trans) jew joħorġu xi ħadd tqila (persuni trans assenjati raġel mat-twelid, inklużi nisa trans).

Mhux il-persuni trans kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi: evita s-suppożizzjonijiet dwar l-anatomija meta tipprovdi informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva. Persuni trans jista’ jkollhom kull tip ta’ orjentazzjonijiet sesswali u prattiċi sesswali.

Ipprova skonnettja l-imġieba sesswali u l-kontraċettivi minn ċertu ġeneru meta tagħti informazzjoni dwar sess sigur.