Persuni trans ġeneralment ma jidentifikawx, jew jidentifikaw biss parzjalment, mal-ġeneru li ġie assenjat lilhom mat-twelid. Xi nies ma jidentifikawx bħala kompletament maskili jew femminili, bħala xi kombinazzjoni, jew iħossuhom daqstant maskili kemm femminili, jew ma jidentifikawx ma’ l-ebda wieħed – aħna nsejħu lil dawn l-individwi ‘mhux binarji’. L-istess bħat-terminu ‘transġeneru’, it-terminu ‘mhux binarju’ huwa wkoll terminu ġenerali: hemm tipi u termini differenti għal nies li jidentifikaw ma’ ġeneru li jaqa’ barra mid-diviżjoni binarja maskil/femminil. Il-mod kif persuni mhux binarji jidentifikaw lilhom infushom u l-identitajiet tagħhom għalhekk ivarja ħafna – termini addizzjonali li spiss jintużaw jinkludu ‘(gender)queer’, ‘gender’, ‘bigender’, ‘genderfluid’, ‘androgynous’ u ‘polygender’. Xi persuni mhux binarji jgħoddu lilhom infushom bħala ‘transġeneru’, oħrajn le.
Kemm studji speċifiċi fuq persuni trans kif ukoll studji tal-popolazzjoni ġenerali jindikaw li s-sottogrupp ta’ nies mhux binarju huwa pjuttost kbir. Fi studji speċifiċi għal nies trans in-numri jvarjaw minn 13% fl-Istati Uniti (Harrison, Grant, & Herman, 2012) sa 50.3% fl-aħħar stħarriġ FRA LGBTI 2019. F’studji tal-popolazzjoni ġenerali, in-numri ta’ nies li jirrappurtaw ‘identità tal-ġeneru ambivalenti’ jvarjaw minn 2.2% – 4.6% tan-nies assenjati rġiel mat-twelid u 1.9% – 3.2% f’dawk assenjati nisa mat-twelid (Van Caeneghem et al., 2015; Kuyper & Wijsen, 2014).
Persuni mhux binarji jistgħu jagħżlu kura li tafferma l-ġeneru, għalkemm studji juru li dan huwa inqas spiss il-każ meta mqabbel ma’ rġiel trans jew nisa trans (Burgwal et al., 2019; Scheim & Bauer, 2015). Oħrajn juru l-espressjoni tal-ġeneru tagħhom bi ħwejjeġ, xagħar u karatteristiċi oħra. Tajjeb li nerġgħu ngħidu, dak li persuna tqis li huwa meħtieġ hija għażla personali ħafna, li tvarja ħafna minn persuna għal oħra.
F’ambjenti tal-kura tas-saħħa, li tistaqsi kif persuna tidentifika u liema terminoloġija u pronomi għandhekk tuża huwa mod rispettuż kif tittratta nies b’identità tal-ġeneru mhux binarja. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa għandhom ikunu konxji li dawn it-tikketti u l-pronomi jistgħu jinbidlu maż-żmien.
Sfidi Speċifiċi
Persuni trans li ma jidentifikawx mal-kategoriji binarji tal-ġeneru jistgħu jesperjenzaw problemi jew jiffaċċjaw sfidi oħra minn persuni trans li jidentifikaw lilhom infushom bħala rġiel jew nisa.
L-ewwel nett, persuni mhux binarji ħafna drabi jibqgħu inviżibbli għas-soċjetà saħansitra aktar minn persuni trans li huma binarji. Persuni mhux binarji jistgħu jiltaqgħu ma’ diversi problemi fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum – fil-biċċa l-kbira tal-proċeduri amministrattivi, kulħadd huwa obbligat li jagħżel raġel jew mara bħala identifikazzjoni. Ir-rikonoxximent legali ta’ persuni mhux binarji għadu ma jeżistix f’ħafna pajjiżi. Malta għażlet li toħloq it-tielet kategorija, ‘X’ jew ‘other’, iżda għalkemm din il-politika hija adottata minn entitajiet governattivi u tista’ tiġi riflessa fil-Karta tal-Identità u l-Passaport, għadha trid tiġi integrata fis-soċjetà. Il-lingwa Maltja, kif ukoll l-Ingliż ukoll għadhom mhumiex adattati għal identitajiet tal-ġeneru mhux binarji: bħalissa nafu biss il-forma tal-indirizz maskili u femminili. Termini alternattivi li xi drabi jintużaw għal he/she-hu/hi u his/hers -tiegħu/tagħha huma they/them – huma u tagħhom.
It-tieni nett, studji juru li nies mhux binarji wrew b’mod sinifikanti statistika dwar is-saħħa u l-benessri ġenerali tagħhom, irrappurtata minnhom stess, li kien agħar meta mqabbla mal-rġiel u n-nisa trans li ħadu sehem fl-istudju (Burgwal et al., 2019). Ħafna drabi ma jkunux magħrufa jew ma jinftiehmux mill-persunal li jipprovdu l-kura tas-saħħa u li jaħdmu ma’ persuni trans u dan jista’ jirriżulta f’rifjut ta’ aċċess għall-kura (Eyssel et al., 2017). Jistgħu jżommu moħbi l-fatt li huma mhux binarju mal-ġeneru u jippreżentaw lilhom infushom bħala persuni trans li huma binarju mal-ġeneru, bit-tama li jżidu ċ-ċans tagħhom li jaċċessaw it-trattament mixtieq (Richards et al., 2016). Speċjalment fiż-żgħażagħ, transġeneri ta’ identifikazzjoni mhux binarju li jfittxu trattament jidhru li huma f’riskju akbar li jiżviluppaw ansjetà, depressjoni u stima baxxa tagħhom infushom meta mqabbla ma’ żgħażagħ transġeneri li huma binarju (Thorne et al., 2018; Clark et al., 2018).
Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu ma’ klijenti mhux binarju għandhom isiru familjari u jkunu sensittivi għad-diversità ta’ esperjenzi mhux binarju (Vincent, 2018; Motmans et al., 2020). Taċċerta li l-informazzjoni klinika (eż. websajts), formoli (eż formoli ta’ informazzjoni preliminarju li jintużaw fl-istħarriġ) u materjali oħra jkunu inklużivi ta’ identitajiet u esperjenzi mhux binarju ssaħħaħ il-kunċett li n-nies mhux binarju huma milqugħa (Hagen & Galupo, 2014).
Referenzi:
- Burgwal, A., Gvianishvili, N., Hård, V., Kata, J., Nieto, I. G., Orre, C., . . . Motmans, J. (2019). Health disparities between binary and non-binary trans people: a community-driven survey. International Journal of Transgenderism, 20(2-3).
- Clark, B. A., Veale, J. F., Townsend, M., Frohard-Dourlent, H., & Saewyc, E. (2018). Non-binary youth: Access to gender-affirming primary health care. International Journal of Transgenderism, 19(2), 158-169. doi:10.1080/15532739.2017.1394954
- Eyssel, J., Koehler, A., Dekker, A., Sehner, S., & Nieder, T. O. (2017). Needs and concerns of transgender individuals regarding interdisciplinary transgender healthcare: A non-clinical online survey. PloS One, 12(8), e0183014. doi:https://doi.org/10.1371/journal.pone.0183014
- FRA (European Union Agency for Fundamental Rights). (2014). Being Trans in the European Union. Comparative analysis of EU LGBT survey data. Luxembourg: Publications Office.
- Hagen, D. B., & Galupo, M. P. (2014). Trans* Individuals’ Experiences of Gendered Language with Health Care Providers: Recommendations for Practitioners. International Journal of Transgenderism, 15(1), 16-34. doi:10.1080/15532739.2014.890560
- Harrison, J., Grant, J., & Herman, J. L. (2012). A gender not listed here: Genderqueers, gender rebels, and otherwise in the National Transgender Discrimination Survey. LGBTQ Public Policy Journal at the Harvard Kennedy School, 2(1).
- Kuyper, L., & Wijsen, C. (2014). Gender identities and gender dysphoria in the Netherlands. Archives of Sexual Behavior, 43(2), 377–385.
- Motmans, J., Nieder, T. O., & Bouman, W. P. (Eds.). (2020). Non-binary and genderqueer genders. London: Routledge.
- Richards, C., Bouman, W. P., Seal, L., Barker, M. J., Nieder, T. O., & T’Sjoen, G. (2016). Non-binary or genderqueer genders. International Review of Psychiatry, 28(1), 95-102. doi:10.3109/09540261.2015.1106446
- Scheim, A. I., & Bauer, G. R. (2015). Sex and gender diversity among transgender persons in Ontario, Canada: Results from a respondent-driven sampling survey. Journal of Sex Research, 52(1), 1–14. 00224499.2014.893553
- Scottish Trans Alliance. (2016). Non-binary people’s experiences in the UK.
- Thorne, N., Witcomb, G. L., Nieder, T., Nixon, E., Yip, A., & Arcelus, J. (2018). A comparison of mental health symptomatology and levels of social support in young treatment seeking transgender individuals who identify as binary and non-binary. International Journal of Transgenderism, 1-10. doi:10.1080/15532739.2018.1452660
- Van Caenegem E., Wierckx K., Elaut E., Buysse A., Dewaele A., Van Nieuwerburgh F., De Cuypere G. & T’Sjoen G. (2015). Prevalence of Gender Nonconformity in Flanders, Belgium. Archives of Sexual Behavior.
- Vincent, B. (2018). Transgender health: A practitioner’s guide to binary and non-binary trans patient care: Jessica Kingsley Publishers.