Huwa magħruf sew li l-ormoni tas-sess jaffettwaw diversi fatturi tar-riskju kardjovaskulari bħall-kompożizzjoni tal-ġisem, il-lipidi, il-pressjoni, il-metaboliżmu taz-zokkor, funzjoni endoteljali, emostasi u riskju ta’ trombożi. Hemm bidliet sottili kemm pożittivi kif ukoll negattivi fil-fatturi ta’ riskju kardjovaskulari għal nies trans li jieħdu testosterone jew estroġenu (għal ħarsa ġenerali: Gooren et al., 2014).

Kif dawn il-bidliet fil-fatturi ta’ riskju kardjovaskulari jissarrfu f’morbidità u mortalità kardjovaskulari għadu mhux magħruf sew. B’mod ġenerali, huwa preżunt li m’hemm l-ebda riskju akbar ta’ endpoints kardjovaskulari taħt it-trattament ormonali preskritta bħalissa. Il-waqfien mill-użu tat-tabakk għandu jkun rakkomandat ħafna biex jiġi evitat riskju akbar ta’ tromboemboliżmu u kumplikazzjonijiet kardjovaskulari (Hembree et al., 2017).

Morbidità u mortalità kardjovaskulari f’persuni trans fuq trattament ta’estroġenustrogen treatment

Fost in-nisa trans u persuni trans oħra assenjati rġiel mat-twelid li jieħdu l-estroġenu, ħafna mill-istudji mill-passat urew riskju akbar ta’ morbidità kardjovaskulari (Asscheman et al., 1989; Van Kesteren et al., 1997, Wierckx et al. 2013) u mortalità. (Asscheman et al., 2011; Dhejne et al., 2011). Wieħed għandu wkoll iżomm f’moħħu li n-natura kimika tal-estroġenu, il-mod tal-amministrazzjoni, l-istat tas-saħħa kardjovaskulari tal-pazjent, fatturi relatati ma’ l-istil tal-ħajja bħall-obeżità u t-tipjip u d-doża li tkun qed tittieħed kollha jistgħu jeżerċitaw influwenza. Fil-passat, l-estroġenu sintetiku (ethinyl estradiol) spiss kien jintuża f’dożi għoljin, li issa m’għadux preskritt. Peress li l-estroġenu bijoidentiku (estradiolvalerate) beda jiġi preskritt, qed niltaqgħu ma’ dawn il-problemi ħafna inqas.

Biex jitnaqqsu r-riskji kardjovaskulari, stil ta’ ħajja li hu tajjeb għas-saħħa, b’waqfien mit-tipjip, kontroll tal-piż u attività fiżika suffiċjenti huwa rakkomandat lin-nies kollha li jieħdu l-estroġenu. Dan għandu jkun akkumpanjat minn żjarat mediċi regolari u proċeduri ta’ monitoraġġ. Persuni trans jistgħu jżommu lura milli jfittxu attenzjoni medika minħabba l-biża’ li dawn il-kundizzjonijiet tas-saħħa jistgħu jirriżultaw fil-waqfien tal-kura trans li hi relatata mal-kundizzjoni, bħat-trattament bl-ormoni. Il-prattikanti tas-saħħa għandhom iserrħu ras il-pazjenti trans li qed jittieħed approwċ olistiku li jinkludi l-ħtiġijiet kollha tagħhom relatati mas-saħħa, inkluża l-kura relatata mat-tranżizzjoni.

Għal dawk li għandhom profil ta’ riskju għoli għal mard kardjovaskulari jew mard kardjovaskulari magħruf u li jkunu għaddejjin minn trattament ta’ estroġenu, huwa rakkomandat li tintuża terapija ta’ estroġenu transdermali (Van Kesteren et al., 1997) u mhuwiex rakkomandat li tuża ethinyl oestradiol bħala trattament ta’ estroġenu. (Asscheman et al., 2011). L-amministrazzjoni mill-ġilda għandha ħafna inqas effett fuq il-koagulazzjoni.

Morbidità u mortalità kardjovaskulari f’persuni trans fuq trattament ta’testosterone

B’kuntrast ma’ persuni trans li jieħdu l-estroġenu, ħafna mill-istudji juru li persuni trans fuq trattament ta’ testosterone għandhom riskju aktar baxx jew simili ta’ morbidità u mortalità kardjovaskulari (Asscheman et al., 1989; Van Kesteren et al., 1997; Wierckx et al., 2013); Asscheman et al., 2011; Dhejne et al., 2011). Iżda ta’ min jinnota li l-istudji f’persuni trans li kienu qed jieħdu t-testosterone saru fuq gruppi iżgħar u li ġeneralment kienu iżgħar fl-età minn dawk li wieġbu fl-istudji dwar persuni trans li jieħdu l-estroġenu. M’hemm l-ebda evidenza ta’ żieda fl-effetti avversi kardjovaskulari f’persuni trans fuq trattament ta’ testosterone għal żmien qasir u medju (Gooren & T’Sjoen, 2018; Maraka et al., 2017; van Kesteren et al., 1997).

Referenzi:

  • Asscheman H, Gooren LJ, Eklund PL 1989 Mortality and morbidity in transsexual patients with cross-gender hormone treatment. Metabolism 38: 869-873
  • Asscheman H, Giltay EJ, Megens JA, de Ronde WP, van Trotsenburg MA, Gooren LJ 2011 A long-term follow-up study of mortality in transsexuals receiving treatment with cross-sex hormones. Eur J Endocrinol 164: 635-642
  • ​​Dhejne C, Lichtenstein P, Boman M, Johansson A, Langström N, Landén M 2011 Long-term follow-up of transsexuals’ persons undegoing sex reassignment surgery: cohort study in Sweden. PLoS One 6: e16885
  • Gooren LJ, Wierckx K, Giltay E 2014 Cardiovascular disease in transsexual persons treated with cross-sex hormones: reversal of the traditional sex difference in cardiovascular disease pattern. Eur J Endocrinol 1; 170 (6): 809-819
  • Van Kesteren PJ, Asscheman H, Megens JA, Gooren LJ 1997 Mortality and morbidity in transsexual subjects treated with cross-sex hormones. Clin Endocrinol (Oxf) 47: 337-342
  • Wierckx K, Elaut E, Declerq E, Heylens G, De Cuypere G, Kaufman JM, T’Sjoen G 2013 Prevalence of cardiovascular disease and cancer during cross-sex hormone therapy in a large cohort of trans persons: a case control study. Eur J Endocrinol 169: 471-478