Il-Ġbin
Il-femminizzazzjoni tal-wiċċ toffri l-possibbiltà li tneħħi l-bossing frontali tal-ġbin, tkabbar is-sokits tal-għajnejn u tpoġġi l-ħuġbejn ogħla, kif ukoll tagħti lill-ħuġbejn forma aktar tipikament femminili. Fl-aħħarnett, il- ġbin jista’ ssir iżgħar billi tiżżerżaq il-linja tax-xagħar ‘il quddiem.
Il-Geddum
Il-geddum fuq dawk assenjati nisa mat-twelid huwa tipikament aktar ippuntat, idjaq u aktar baxx. Bil-femminizzazzjoni tal-wiċċ, il-geddum jista’ jiġi aġġustat b’ aċċess intra-orali permezz ta’ osteotomies korrettivi. Il-frammenti tal-għadam maqlugħa jitmexxew biex jaġġustaw din il-forma u jerġgħu jitwaħħlu bi pjanċi tat-titanju.
L-angoli tax-xedaq
L-angolu tax-xedaq ta’ raġel cis huwa tipikament aktar prominenti minħabba muskolu biex tomgħod li jinstab hemmhekk u li huwa eħxen, iżda speċjalment minħabba struttura tal-għadam aktar evidenti tax-xedaq t’isfel li hija aktar estensiva kemm lura, ‘l isfel u ‘l barra. L-angolu tax-xedaq jista’ jitnaqqas permezz ta’ osteotomies korrettivi fejn jitneħħa l-għadam żejjed.
Kirurġija ortognatika
Billi tgħaqqad l-ispostament tal-istrutturi tal-għadam tax-xedaq ta’ fuq u t’isfel, il-volumi jistgħu jinbidlu fin-nofs u fit-terzi t’isfel tal-wiċċ. Dawn il-bidliet jistgħu jagħtu aktar volum lill-parti tal-wiċċ tan-nofs u jagħmlu l-wiċċ aktar tond. B’din l-operazzjoni l-geddum isir inqas prominenti wkoll, l-angoli tax-xedaq isiru inqas evidenti u s-snien ta’ fuq ta’ quddiem jistgħu jsiru aktar viżibbli.
L-imnieħer
L-imnieħer huwa ġeneralment akbar fl-irġiel cis milli fin-nisa cis. L-imnieħer huwa angolat rett u l-ġnub tal-ġbin u tax-xoffa ta’ fuq huma aktar prominenti. Meta l- ġbin jiġi aġġustat, l-angolu bejn l-imnieħer u l- ġbin diġà jsir aktar ottuż u l-angolu bejn l-imnieħer u x-xoffa ta’ fuq jista’ wkoll isir aktar ottuż permezz ta’ kirurġija ortognatika. Jekk l-effett fuq l-imnieħer ta’ dawn il-proċeduri jirriżulta li huwa ftit wisq, korrezzjoni ta’ l-imnieħer tista’ titwettaq fit-tieni proċedura, li tagħmel l-imnieħer iżgħar u inqas prominenti u l-ponta mgħollija ftit aktar.
Il-Ħaddejn
Ħafna drabi, in-nisa cis ikollhom ħaddejn kemmxejn aktar prominenti mill-irġiel cis, iżda l-aġġustament tal-ħaddejn waħdu ma jkollux effett feminizzanti kbir ħafna. Ħaddejn prominenti huma ġeneralment meqjusa attraenti u bidliet huma prinċipalment imwettqa għal din ir-raġuni.
Il-proċeduri ta’ hawn fuq jistgħu jitwettqu mingħajr l-ebda marka viżibbli fit-tul.
Tnaqqis tal-Adam’s Apple
Jekk il-persuna trans assenjata raġel mat-twelid għandha Adam’s Apple pronunzjat, tista’ titnaqqas permezz ta’ kirurġija. Il-korrezzjoni tal-Adam’s Apple hija operazzjoni sempliċi li fiha l-Adam’s Apple li tipponta ‘l quddiem u li hija prominenti tiġi kkoreġut permezz ta’ bidla żgħira fl-inklinazzjoni. Dan jarmonizza l-proporzjonijiet fl-għonq u joħloq kontorn aħjar tal-għonq. Il-marka fuq il-ġilda li tħalli din il-proċedura hija żgħira u kważi inviżibbli, minħabba li l-ġilda tal-għonq ġeneralment tfieq tajjeb. Il-proċedura tista’ titwettaq flimkien mal-proċedura ta’ feminizzazzjoni tal-vuċi u/jew flimkien mal-GFCS. Tajjeb li tinnota – jekk operazzjoni ta’ feminizzazzjoni tal-vuċi tkun mixtieqa, huwa rakkomandat li t-tnaqqis tal-Adam’s Apple ma jsirx qabel il-proċedura tal-feminizzazzjoni tal-vuċi.
Normalment titwettaq taħlita ta’ proċeduri waqt il-kirurġija tal-femminizzazzjoni tal-wiċċ, skont dak li jkun meħtieġ biex il-wiċċ tal-pazjent jingħata dehra aktar femminili. Il-proċedura kollha normalment tieħu bejn 4 u 8 sigħat, skont dak li jrid isir fl-operazzjoni. Huwa rakkomandat li toqgħod l-isptar għal lejl jew 2 iljieli wara operazzjoni ta’ femminizzazzjoni tal-wiċċ.
Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll, li s’issa dawn il-kirurġiji mhumiex ipprovduti permezz tal-NHS. Kull min ifittex pariri qabel jew wara l-intervent jista’ jaċċessa dan fil-Gender Wellbeing Clinic. Persuni trans li qed ifittxu dawn il-proċeduri huma mħeġġa jmorru fi kliniċi professjonali speċjalizzati.