Hemm ħafna għażliet kirurġiċi disponibbli. Huwa importanti li wieħed jiftakar li kull individwu se jkollu bżonnijiet, xewqat u kapaċità differenti li jgħaddi minn dawn il-proċeduri. Għandu jiġi żviluppat pjan ta’ kura individwalizzat għal kull persuna trans; dan il-pjan ta’ kura jista’ jinbidel maż-żmien. Il-proċeduri jistgħu jseħħu f’ħafna ordnijiet u konfigurazzjonijiet differenti.

F’Malta, m’hemm l-ebda rabta bejn l-aċċess għal proċeduri legali ta’ rikonoxximent tal-ġeneru u storja ta’ interventi kirurġiċi; huwa illegali li teħtieġ kirurġiji jew prova ta’ trattament fil-proċess ta’ rikonoxximent legali tal-ġeneru.

Tneħħija tas-sider/rikostruzzjoni tas-sider

F’mammektomija, sider maskili huwa mibni billi jitneħħa t-tessut tal-glandola mammarja. Jekk ikun hemm bżonn, il-beżżula u l-areola jitnaqqsu wkoll, flimkien ma’ korrezzjoni tal-ġilda żejda. Għal din l-operazzjoni jintużaw tekniki differenti, skont il-volum tas-sider, il-ġilda żejda, l-elastiċità tal-ġilda, il- beżżula u l-areola (Monstrey et al. 2008).

Wara din l-operazzjoni, kumplikazzjonijiet possibbli jinkludu emorraġiji u infezzjonijiet. Il-bżieżel jistgħu jfiequ b’mod irregolari u jistgħu jibqgħu viżibbli. Inqas ma tkun elastika l-ġilda, aktar hemm ċans ta’ kumplikazzjonijiet u ċikatriċi. Għalhekk huwa rakkomandat ħafna li ma torbotx is-sider, pereżempju bil-faxex, peress li l-imbuttar tas-sider ċatt jiġġebbed il-ġilda. Ta’ min jinnota li llum il-ġurnata l-kwalità ta’ dawn il-kirurġiji ħafna drabi hija għolja u ħafna persuni trans huma sodisfatti bir-riżultati. Normalment huma siguri u affidabbli.

Isterektomija

F’isterektomija u ooforektomija, l-utru, iċ-ċerviċi, l-ovarji u t-tubi fallopjani jitneħħew. Din il-proċedura normalment issir permezz tal- laparoskopija permezz ta’ tliet inċiżjonijiet żgħar fil-ħajt abdominali, għalkemm metodi oħra huma wkoll possibbli, inkluż permezz ta’ inċiżjoni abdominali. Il-metodu laparoskopiku jirriżulta f’ċikatriċi minimi u uġigħ limitat wara l-operazzjoni. Madankollu, dejjem hemm ċans li matul il-proċedura jistgħu jinqalgħu kumplikazzjonijiet u jiġi deċiż li l-abdomen jinfetaħ permezz ta ‘bikini cut’ klassika.

Dan l-intervent huwa disponibbli fuq l-NHS permezz tal-Gender Wellbeing Clinic.

Metoidioplasty

Fil-metoidioplasty, il-klitoris jintuża biex jagħmel pene żgħir. Il-klitoris titmexxa f’pożizzjoni ogħla u l-uretra tista’ tiġi estiża sal-ponta tal-klitoris. Il-funzjonalità finali hija ddeterminata mit-tul tal-klitoris, li jista’ jvarja ħafna u se jkun influwenzat mill-età meta bdiet it-terapija ormonali tat-testosterone. Għal xi wħud, il-klitoris tikber drastikament, sabiex tgħaddi l-awrina waqt li tkun bilwieqfa jsir possibbli wara ir-rikostruzzjoni. Madankollu, dan mhuwiex il-każ fil-maġġoranza.

Għall-kostruzzjoni tal-iskrotum, jintuża tessut mill-labia ta’ barra, li jiġi trasferit ‘il quddiem u mdawwar biex iġib il-borża testikolari fil-post it-tajjeb. It-tessut xaħmi taħt il-ġilda mill-Venus mound (elevazzjoni fit-tond ta’ tessut xaħmi fuq is-symphysis pubika) jista’ jintuża biex jimla l-iskrotum. Maż-żmien dan it-tessut normalment jiċkien, sabiex il-prostesi tat-testikoli jkunu jistgħu jitqiegħdu ftit xhur wara.

Phalloplasty

Il-phalloplasty hija l-kostruzzjoni tal-pene bi trapjant mid-driegħ, mir-riġel jew mill-istonku. Huwa rrakkomandat li s-sit minn fejn għandu jittieħed it-trapjant jiġi epilat numru ta’ drabi biex ittaffi l-follikuli tax-xagħar. Huwa wkoll importanti ħafna li tieqaf tpejjep biex tevita li t-trapjant imut.

It-tipi ewlenin ta’ phalloplasty huma free-flap phalloplasty mill-radjali tad-driegħ; pedicled flap phalloplasty mill-koxxa laterali anterjuri; faloplastija abdominali u musculocutaneous latissimus dorsi flap phalloplasty (ara hawn). Kura dettaljata ta’ qabel u wara l-operazzjoni għandha tiġi diskussa mal-kirurgu u endokrinologu. Persuni trans jistgħu wkoll jeħtieġu jew jixtiequ pariri qabel u/jew wara kirurġiji ġenitali.

Kważi n-nies kollha li jkollhom din il-kirurġija jistgħu jilħqu orgażmu wara phalloplasty. Sabiex tippenetra, hija meħtieġa prostesi ta’ erezzjoni, li tista’ titqiegħed minn 12-il xahar wara l-phalloplasty.

Impjanti testikolari

L-iskrotum iffurmat mill-labia fl-ewwel proċedura jista’ jimtela bi prostesi testikolari jew impjanti aktar tard. Perjodu minimu ta’ stennija ta’ 6 xhur wara l-ewwel intervent huwa rrakkomandat. Il-prostesi testikolari huma mimlija bil-ġel tas-silikonju u jiġu f’diversi daqsijiet. Bħal fl-impjanti kollha, hemm riskju ta’ infezzjoni: f’dak il-każ, għandu jitneħħa u perjodu ta’ stennija ta’ 6 xhur huwa meħtieġ mill-ġdid qabel ma jkun jista’ jsir impjant ġdid.

Prostesi ta’ erezzjoni

Prostesi ta’ erezzjoni interna hija possibbli biss wara phalloplasty. Kundizzjoni għall-impjantazzjoni ta’ prostesi ta’ erezzjoni hija li s-sensittività tkun reġgħet lura fil-quċċata tal-phallus, normalment wara 12-il xahar. Jekk ma jkunx hemm sensazzjoni, ir-riskju ta’ perforazzjoni trawmatika tal-prsotesi huwa ogħla. L-aħjar huwa li tikkunsidra perjodu ta’ stennija ta’ 12 sa 18-il xahar wara l-ewwel operazzjoni.