Dr Cachia huwa Tabib Konsulent, li jispeċjalizza fid-Dijabete u l-Endokrinoloġija. Huwa għandu aktar minn 25 sena esperjenza fl-oqsma speċjalizzati tiegħu. Huwa l-Lead Clinician fil-Gender Wellbeing Clinic. Dr Cachia kien involut fit-twaqqif u t-tnedija ta’ din il-klinika u kellu rwol attiv mill-bidu tagħha. Dr Cachia huwa wkoll Visiting Senior Lecturer fl-Iskola Medika tal-Università ta’ Malta.